Kummissarju ġdid għar-Refuġjati

Read in English.

Dr. Roberta Buhagiar inħatret bħala l-Kummissarju għar-Refuġjati.

Hija ilha taħdem fil-qasam tal-migrazzjoni għal dawn l-aħħar tnax-il sena ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll mhux governattivi. Qabel din il-kariga hija kienet il-Konsulent tal-Gvern għall-migrazzjoni. Qabel ħadmet ukoll mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati. (UNHCR)

Dr. Buhagiar hija r-raba’ Kummissarju għar-Refuġjati u ħadet post Dr. Martine Cassar li ntemmilha t-terminu ta’ tliet snin.