Kummissarju Ewropew ġdid f’nofs kontroversja dwar il-ħarsien ta’ data fuq l-internet

Il-Kummissarju Ewropew li jmiss għall-Ekonomija Diġitali spiċċa taħt attakk mill-midja internazzjonali wara dikjarazzjoni iktar kmieni din il-ġimgħa.
Gunther Oettinger ma talabx apoloġija wara li qal li personalitajiet huma “boloh”, saħanistra “stupidi”, jekk jieħdu ritratti li ma jridux li jiġu llikjati fuq l-internet.
Ġie kkritikat li poġġa t-tort fuq il-vittmi meta hu mistenni jiġi kkonfermat bħala l-Kummissarju Ewropew li jmiss biex issaħħaħ il-protezzjoni tad-data fuq l-internet.
Il-ħarsien ta’ informazzjoni, inkluż ritratti, fuq l-internet dejjem kienet fattur li jħasseb lil ħafna, iktar u iktar wara li nħarġu ritratti intimi ta’ madwar 80 personalità mingħajr il-kunsens tagħhom. Min ippubblikahom jidher li daħal fl-arkivji diġitali tal-personalitajiet, mingħajr permess.