Kummiedja mużikali tal-1998

Bħala parti mis-sensiela “Mill-Arkivji” TVM illum fit-2.45pm se jkun qed ixandar il-kummiedja mużikali It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla li kienet ittellgħet fl-Argotti fis-sajf tal-1998.

B’lirika ta’ Raymond Mahoney, mużika ta’ Dominic Galea u direzzjoni ta’ Dominic Said, It-Tieġ Ta’ Karmena Abdilla għandha bħala protagonisti bosta artisti magħrufa, uħud minnhom li kienu wkoll fil-bidu tal-karriera tagħhom.

Il-parti ta’ Karmena Abdilla tinterpretaha Maryrose Mallia filwaqt li Renato jinterpreta lil Paċifiku. Jieħdu sehem ukoll Helen Micallef bħala Perpetwa, oħt Paċifiku filwaqt li Lawrence Gray huwa Ninu. Olivia Lewis tinterpreta lil Pawla filwaqt li Doreen Galea hija Kunċetta.

F’din il-produzzjoni li hi maqsuma f’żewġ atti u li se tixxandar sħiħa sal-ħin tal-5pm, naraw ukoll lill-mibki Mario Ellul bħala Uncle Ben.

Jieħdu sehem ukoll Lino Mallia, Marvic Lewis u Jeffrey Scicluna.

Id-direzzjoni televiżiva kienet ta’ Charles Callus.