Kumitat Konsultattiv biex jistħarreġ emendi fl-Att dwar l-Ilsien Malti

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol  se jaħtar Kumitat Konsultattiv biex jistħarreġ x’emendi hemm bżonn isiru fl-Att dwar l-Ilsien Malti.
Fi stqarrija, il-Ministeru enfasizza li mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sajf u fil-Forum Nazzjonali ta’ Novembru ħareġ ċar il-bżonn li f’ħidmet il-Kunsill ikunu involuti firxa akbar ta’ nies minn oqsma differenti tal-ħajja u l-pubbliku inġenerali.
Għal dan il-għan il-Kumitat Konsultattiv se jistħarreġ kif il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti jista’ jissaħħaħ billi fih ikun hemm persuni oħrajn.
Il-Kumitat se jitmexxa minn Dr. Mario Caruana. 
Il-Ministeru fakkar li diġà għen lill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti billi rdoppjalu l-fondi allokati u mpjega persuna oħra.