Kultura u mappa tal-Belt Valletta fi ktieb

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 nediet il-ktieb “On Culture: Mapping Valletta 2018, li turi riċerka multidixxipliarja dwar l-użu ta’ spazji kulturali f’Malta u Għawdex.
Iċ-Ċermen ta’ Valletta 2018 Jason Micallef qal li “r-riċerka tgħinna nsaħħu l-valur tal-proposti tagħna”, filwaqt li ddeskriva l-ktieb bħala “pass pożittiv fl-iżgurar ta’ djalogu mal-komunità”.
Il-ktieb jitratta diversi suġġetti fosthom it-Tango Arġentin, l-użu tal-ispazji tat-teatru, tal-pubbliku u tal-privat fost oħrajn.
Element importanti u li għadu qed jinħadem hu “l-awditjar tat-teatri”, li jħares lejn perspettiva teknika, artistika u strutturali, bl-għan prinċipali jkun li jitfgħu dawl fuq xogħlijiet u interventi li hemm bżonn.