“Kultura marittima hi garanzija ta’ iktar xogħol”

“Il-kultura marittima tal-Italja u Malta hi strument tal-ekonomija marittima tagħna li permezz tagħha nistgħu niggarantixxu iktar xogħol u opportunitajiet.”
Hekk qal il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis waqt il-preżentazzjoni tal-proġett Signa Maris li ttellgħat fir-Royal Malta Yacth Club.
Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru saħaq l-importanza ta’ dan il-proġett għax jidentifika d-dimensjonijiet tal-kosta bħala opportunità li biha wieħed jistgħu jidħlu l-Italja u jgawdu dak li l-pajjiż għandu x’joffri.
Dwar it-turiżmu f’Malta, il-Ministru emfasizza li l-baħar dejjem kien aspett importanti fl-attività turistika ta’ Malta, fejn semma’ diversi aspetti, bħalma huma d-divertiment, il-kultura, l-isport u t-trasport.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut