Kull qatra ilma hija prezzjuża. Dawn ta’ hawnhekk huma ftit pariri utli li għandna nagħtu kas kull darba li nużaw il-kamra tal-banju.
1. Ftakar biex tiċċekkja li x-shower head mhiex tqattar meta tkun magħluqa.
2. Ixtri aerator għal kull vit li għandek fid-dar. L-arjatur jifrex il-fluss tal-ilma li jkun ġej mill-vit tiegħek fi qtar iżgħar. Dan jipprevjeni t-titjir tal-ilma waqt li fl-istess ħin inaqqas il-konsum u jżid l-fluss ta’ l-ilma.
3. Jekk ix-shower timla iktar minn barmil ta’ erba litri f’inqas minn 20 sekonda, biddel ix-shower head għal waħda li jkollha aerator jew it-Pulsating Technology.
4. Meta timla l-banju, agħlaq bit-tapp qabel tiftaħ l-ilma. Irranġa t-temperatura waqt li jkun qed jimtela l-banju.
5. Meta tuża tissue itfagħha fil-landa taż-żibel minflok tifflaxxjaha. B’hekk tkun qed tiffranka l-ilma kull darba.
6. Agħlaq is-sink minflok tħalli l-ilma miftuħ meta tkun qed tlaħlaħ ix-xafra tal-leħja u tiffranka mal-1136 litru fix-xahar.
7. Meta tkun qed taħsel idejk, agħlaq l-ilma meta tkun qed togħrok is-sapun.
8. Ara l-viti u x-shower heads humiex iqattru.
Kont taf li…
1. Banju mimli jkollu bżonn sa 265 litru ilma.
2. Kull qatra fis-sekonda tfisser dsatax-il litru kuljum!
Pariri utli għal meta tuża l-Kamra tal-Ħasil
1. Aħsel bil-magna tal-ħasil mimlija. Il-magni tal-ħasil ikunu l-aktar effiċjenti meta jkunu mimlijin. Jekk ma timliex il-magna għandek taħsel inqas ta’ spiss jew ixtri magna tal-ħasil b’kapaċità iżgħar.
2. Uża programm għall-ħwejjeġ tal-qoton minflok dawk sintetiċi. Biex tnaqqas it-tikmix, il-programmi sintetiċi jużaw 50% aktar ilma mill-programmi għall-ħwejjeġ tal-qoton.
3. Tlaħlaħx il-ħwejjeġ iżżejjed. Jekk il-programm tal-ħasil jagħmel tlaħliħ żejjed, dan ovvjament se juża aktar ilma milli hemm bżonn.
4. Meta tixtri magna tal-ħasil ġdida ikkumpara l-iffrankar fir-riżorsi fost il-mudelli Energy Star.
Dan it-tagħrif twassal minn ilma.org.mt