“Kull professjonist għandu x’jagħti lill-pajjiż” – Simon Busuttil

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li professjonist jista' jgħin lill-pajjiż u lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jieħdu toroq tajbin ibbażati fuq studju bir-reqqa ta' dak li hemm bżonn.
Meta kien qed jindirizza l-ewwel Assemblea Ġenerali tal-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil tkellem dwar kif fl-aħħar snin, il-professjonijiet żdiedu f'ħafna oqsma u ma baqgħux dawk tradizzjonali. 
Sostna li l-PN waqqaf il-Forum Professjonisti biex ilaqqa’ l-politika u l-ideali mal-prattika u l-kompetenza, biex ikollu politika li tispira lin-nies u li tissarraf f’policies tajbin li jagħtu l-frott.
Irrefera wkoll għall-għaxar policy fora li twaqqfu, fejn nies minn kull qasam tal-ħajja, inkluż professjonisti, jistgħu jfasslu policies aġġornati.