Kull pazjent f’Monte Karmeli jiswa sa €654 kuljum

L-isptar Monte Carmeli qed jiswa bejn €76 u €654 kuljum għal kull pazjent.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal dan fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tal-kelliem tal-Oppożizzjoni għal-kura tas-saħħa mentali Mario Galea.
Din l-ispiża ta’ sodda kuljum fl-Isptar Monte Carmeli tvarja skont it-trattament u l-kura li jkun jeħtieġ pazjent li jkun għal kura fl-isptar.