Kull pajjiż fl-UE għandu jkun solidari – Cacopardo

Iċ-Ċerpersin tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li hemm bżonn ta’ soluzzjoni permanenti li tagħti valur prattiku lis-solidarjetà, soluzzjoni li tkun ġusta u Ewropea.

Hu qal li għandu jintlaħaq ftehim permanenti mal-Unjoni Ewropea biex kull pajjiż jagħti sehemu fit-twettiq prattiku tas-solidarjetà. Tenna wkoll li s-solidarjetà m’hix one-way traffic u hija waħda mill-valuri bażiċi Ewropej li m’għandiex tkun imwarrba.

Fil-blog tiegħu Cacopardo qal li l-ftehim biex jitħallew jiddaħħlu Malta l-immigranti, kien pass importanti ‘l quddiem. Iżda saħaq li l-Gvern Malti għamel ħażin li ħalla n-nies jistennew bejn sema u ilma fil-maltemp għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat.