Kull minuta jmutu żewġ persuni bid-dijabete fl-Ewropa

Għalkemm 9.3% tal-baġit Ewropew imur lejn is-settur tas-Saħħa, sal-aħħar tas-sena li għaddiet kien hemm 32 miljun persuna jsofru mid-dijabete jew 8.1% tal-Ewropej.
Kull żewġ minuti fl-Unjoni Ewropea tmut persuna kawża tad-dijabete. 
Nofs il-persuni bid-dijabete jmutu b’mard relatat mal-qalb u l-figuri juru li d-dijabete hija r-raba’ l-ikbar kawża tal-mewt fl-Ewropa.
Skont il-European Centre for International Political Economy, il-Gvernijiet Ewropej mhux qed jaħdmu b’serjetà biex b’mod effettiv jiġġieldu l-obeżità li jwassal għad-dijabete.
Dan meta l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-OECD ilhom iħeġġu li jittieħdu miżuri effettivi biex tingħeleb l-isfida tal-obeżità.