Kull min jidħol fil-Parlament se jibda jiġi mfittex għall-armi

Minn nhar it-Tnejn li ġej kull min jidħol fil-Parlament se jibda jiġi ċċekkjat jekk hux qed iġorr armi illegali. Fl-ittra li kiteb l-iskrivan Raymond Scicluna kiteb lill-iSpeaker, hu qallu jinnotifika lill-Membri Parlamentari li għadd ta’ miżuri se jibdew jittieħdu fl-entratura tal-Palazz sabiex ikun assigurat li ħadd mhu qed iġorr armi.
Kull min jidħol fil-Parlament se jkollu l-basktijiet iċċekkjati wkoll. Impjegati u uffiċjali tas-sigurtà li jkunu mal-Ministri, impjegati tal-midja kif ukoll il-Membri Parlamentari se jintalbu jibdew jidħlu mill-entratura ta’ ħdejn il-lift, fejn se jkun offrut das-servizz.
L-ordni ġiet ftit jiem biss wara l-każ tal-Ministru Manuel Mallia. Jidher li d-deċiżjoni ttieħdet wara li l- Uffiċċju tal-Parlament induna li fil-bini tal-Parlament seta’ kien qed ikun hemm nies armati, inkluż drivers ta’ Ministri.