“Kull min jattendi għall-Quddies għandu jilbes il-maskra jew visor” – Il-Knisja

Read in English.

Il‑Knisja f’Malta fakkret fl‑importanza li jkunu osservati l‑miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal‑imxija tal‑COVID‑19.

Fi stqarrija, il-Knisja qalet li filwaqt li jibqgħu japplikaw il‑miżuri tad‑distanza soċjali, it‑teħid tat‑temperatura u miżuri oħra, kull min jattendi għall‑Quddies għandu r‑responsabbiltà li jilbes maskra jew visor.

Dawn il‑miżuri huma konformi mal‑obbligi stipulati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa dwar il‑postijiet ta’ qima, li ġew aġġornati l‑Ġimgħa 7 ta’ Awwissu 2020.

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex fakkru ukoll fir‑responsabbiltà kbira li kulħadd isegwi bir‑reqqa l‑miżuri għall‑ħarsien tas‑saħħa u tal‑ħajja, kemm tagħna kif ukoll tal‑oħrajn