Kull kelb irid ħabib!

Dan il-kelb li jgħix fit-triq qisu sab xortih meta grupp ta’ xadini inkludewh f’sessjoni ta’ fsied u attenzjoni speċjali.

Il-kelb jidher li ma ddejjaq xejn bl-attenzjoni u intefa’ mal-art biex ikun iktar komdu hekk kif ix-xadini ma telquhx minn taħt idejhom. Dan il-każ ta’ ħbiberija bejn annimali ta’ speċi differenti inqabad fir-ritratti ta’ turist Franċiż li kien qed iżur Rajasthan, l-Indja.

Wara li x-xadini ħadu ħsieb sew il-kelb u wrewh li aċċettaw sew fil-grupp, komplew ifissdu u jnaddfu lil xulxin, kif soltu jagħmlu.