Kull każ ta’ vjolenza domestika għandu jiġi investigat – Għaqdiet tan-Nisa

Il-Konfederazzjoni tal-Organizazzjonijiet tan-Nisa ta’ Malta (MCWO) qalet li l-vittmi ta’ vjolenza domestika għandhom jingħataw l-għajnuna sabiex joħorġu mis-sitwazzjoni tagħhom, mhux jiġu mhedda.

Il-Konfederazzjoni sostniet li kull allegazzjoni ta’ vjolenza domestika għandha tiġi investigata, irrispettivament minn min ikuninvolut. Skontha, il-vjolenza tiriffletti il-kultura dominanti li tirrivolvi madwar l-irġiel, li hija kultura b’saħħitha f’Malta. Din il-kultura, kompliet tgħid, saret normalizzata.

Żiedet tgħid li l-vjolenza domestika huwa reat li m’għandux jiġi ttolerat; li l-vittmi jirrikjedu ħafna kuraġġ sabiex jwaqqfu l-abbuż. Għal din ir-raġuni, dawn in-nies għandhom jingħataw is-sapport li għandhom bżonn.

PRESS RELEASE MCWO DOMESTIC VIOLENCE The Malta Confederation of Women's Organisations (MCWO) reiterates that Domestic…

Posted by Malta Confederation of Women's Organisations (MCWO) on Thursday, January 3, 2019