“Għandna naħdmu sabiex il-Mediterran ma jibqax post ta’ tbatija” – Il-President ta’ Malta

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca saħqet li kull ħajja hija prezzjuża u li d-dinjità umana għandha tkun f’qalb l-iniżjattivi tagħna sabiex il-Mediterran ma jibqax post tat-tbatija u tal-imwiet.
Fl-isfond tal-aħħar traġedja fil-Mediterran, fejn eluf ta’ nies kienu f’riskju wara li ħarbu minn pajjiżhom mingħajr ebda għażla, il-President appellat lill-pajjiżi Mediterranji u Ewropej biex jaġixxu b’solidarjetà u jappoġġjaw l-iniżjattivi umani li qed jgħinu sabiex isalvaw lill-ħajjiet.
Fi stqarrija, Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-komunità internazzjonali għandha tgħin lin-nies li qed jaħarbu minn djarhom minħabba l-gwerer, il-faqar u l-inġustizzji.
Fl-aħħar jiem mal-2,000 persuna ġew salvati mill-MOAS u l-Phoenix fil-baħar Mediterran, 15-il mil nawtiku ’l barra mill-kosta Libjana.