“Kull fejn tfajna ħarsitna sibna biss sbieħ tifkiriet”

Winnie La Rosa

Fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar dalgħodu ngħatat l-aħħar tislima Winnie La Rosa li ħafna kienu jsibuha bħala “Mags”.

Winnie, omm l-attriċi u kittieba Evelyn Saliba La Rosa, ħallietna nhar is-Sibt li għadda fl-età ta’ 79 sena.

F’isem ulied Winnie, Dr Michael Vella Haber, kollega ta’ Evelyn fid-diversi produzzjonijiet ta’ Rewind Productions, kiteb poeżija biex isellem il-memorja ta’ din il-mara li fl-aħħar jiem ġiet imfaħħra għat-tbissima tagħha u s-sens ta’ pożittività li kellha lejn il-ħajja.

Michael Vella Haber

Strieħ fis-sliem!