Awguri lix-xandar Peppi Azzaoprdi u l-mara tiegħu Mandy li llum qed jiċċelebraw għeluq il-25-il sena mindu qalu signor si! Huma fil-fatt iżżewġu bħal-lum il-25 ta’ Ġunju tal-1995.
Għal dan l-anniversarju speċjali Peppi kiteb poeżija ħelwa.
Hi kellha eighteen
Jien kelli tletin
Namrar 4 snin
Illum ħamsa u għoxrin
Nagħlqu ħamsa u għoxrin sena
Miżżewġin
U minkejja li mqarbin
Kuljum inħobbu aktar
Lil xulxin
Fit-tajjeb u fil-ħażin
Fil-festa u fil-kalvarju
U fl-anniversarju
Il-koppja Azzopardi għandha tifel, Xandru.
Filwaqt li lil Peppi narawh f’Xarabank, li għadu kif ġie ddikjarat bħala l-aktar programm segwit fil-gżejjer Maltin, lil Mandy narawha bħala attriċi fis-sensiliet Ħbieb u Għedewwa u Sorelle.
Awguri lil Peppi u lil Mandy f’dan l-anniversarju tal-fidda.