Kulħadd responsabbli biex Malta tgħaddi mit-test tal-Moneyval – Kamra tal-Kummerċ

Read in English.

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriżi u l-Industrija f’laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela qalet li r-responsabbilità biex Malta tgħaddi b’suċċess mit-test tal-moneyval hija maqsuma u kulħadd għandu jagħmel sforz kollettiv.

L-għan ta’ din il-laqgħa bejn il-Prim Ministru u d-delegazzjoni għas-servizzi finanzjarji kien li jiġi diskuss il-progress ta’ Malta biex tgħaddi mit-test tal-Moneyal.

Il-ġimgħat li għaddew il-Kamra tal-Kummerċ mexxiet forum bil-għan li s-serivizzi finanzjarji jingħaqdu flimkien u jkunu vuċi waħda biex jgħinu lill-Gvern f’dan it-test. Il-forum kien magħmul mis-sessjoni finanzjarja tan-negozji fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ, mill-Assoċċjazzjoni Maltija għall-Bankiera, mill-Kamra tal-Avukati, mill-Istitut Malti għall-Accountants, mill- Institute of Financial Services Practitioners u Malta Institute of Taxation

Matul din il-laqgħa huma preżentaw rapport bl-isem ta’ ’Recommendations for the Moneyval Assessment‘ lill-Prim Ministru Robeert Abela. Dan ir-rapport jinkludi strateġija biex Malta tirregola l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjarment tat-terroriżmu u s-Saltna tad-Dritt.

Il-Kamra tal-Kummerċ ipproponiet ukoll li għandha tiġi appuntata persuna kredibbli u tgawdi l-fiduċja tal-maġġortanza li tikkomunika l-iżviluppi li jkunu qegħdin isiru f’Malta mal-Moneyval.