“Kulħadd jiċċelebra waqt li aħna żammejnielek idejk tal-aħħar” – Martina

F’poeżija fuq Facebook iddedikata għal ommha, Martina Fenech tgħid kif sitt snin ilu, mat-tokki ta’ nofsillejl bejn l-2011 u l-2012, filwaqt li kulħadd kien qed jiċċelebra, hi u familtha kienu l-isptar iżommu idejn ommha sabiex jagħtuha l-aħħar tislima xierqa.
Hi tkompli tgħidilha kif jgħaddi kemm jgħaddi żmien ma tiqafx tibkiha u taħseb fuqha. Tgħid ukoll kif ma’ tiqafx tixtieq li ommha kienet preżenti fiż-żmien ikrah li għaddiet minnu wara l-mewt ta’ Jerome.
Martina, it-tfajla li rebħet il-qilla tal-kanċer, titlob lil ommha, li mietet sitt snin ilu tagħti tgħanniqa lill-maħbub tagħha Jerome. Jerome tilef il-battalja mal-kanċer f’Ottubru li għadda. Hi titlob ukoll lil ommha biex iżżomm idha fuqha u tipproteġiha.
Lura f’Novembru, Martina kienet iċċelebrat l-ewwel għeluq sninha mingħajr Jerome u ommha.