​Kulħadd għandu l-għażliet tiegħu – Pogba

Meta kien qed jitkellem mal-istazzjon Telefoot, il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Manchester United Paul Pogba tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti tiegħu mar-Red Devils.
Huwa qal illi qatt ma għadda minn sitwazzjoni fejn mhux jilgħab regolari u qed iqatta’ ħafna ħin fil-bank tas-sostituti.
Meta mistoqsi dwar il-possibiltà illi jitlaq lil Manchester United, il-plejer Franċiż qal illi għadu kmieni biex jikkonferma dan minħabba li s-sitwazzjoni tista’ tinbidel.
Fl-aħħarnett hu assigura lill-ġurnalist illi kien qed jagħmillu intervista li r-relazzjoni bejnu u bejn Mourinho mhux ħażina għalkemm kulħadd għandu l-għażliet tiegħu.