Kul u għin lil dawk bid-dijabete

L-Assoċjazzjoni Maltija għad-Dijabetiċi qed torganizza attività ta’ ġbir ta’ fondi, dine4diabetes. Din l-attività se ssir nhar is-Sibt 1 ta’ Settembru 2018 fir-Reef Club, fil-Westin Dragonara Resort, San Ġiljan.

Il-lejla se tibda bi xarba ta’ merħba u canapés, segwita b’ buffet, kafè u liqors. Inbid u ilma se jiġu servuti tul l-ikla kollha. Il-pjanist Vinny Vella Jr se jkun qed joffri divertiment flimkien mal-grupp tiegħu.

Dawk kollha li jattendu huma mitlubin iħallsu €32 kull persuna, filwaqt li t-tfal bejn id-9 u l-15-il sena  huma mitluba jħallsu €15. Tfal taħt it-tmien snin jidħlu b’xejn. L-ilbies għandu jkun pulit.

Jekk interessat tattendi, jekk jogħġbok imlà l-formola tal-applikazzjoni minn fuq is-sit www.diabetesmalta.org, jew ikkuntattja lil Mr Chris Delicata fuq 9942 9499, jew permezz ta’ email fuq cjd@diabetesmalta.org.