Kul Pizza Hut u irbaħ żgur

Pizza Hut nediet għal darb’oħra kampanja li fiha kulħadd huwa rebbieħ.
Biex tirbaħ żgur faċli immens. Kull ma trid tagħmel hu li fix-xahar ta’ Awwissu u Settembru tmur Pizza Hut, jew tordna take-away jew delivery. Kull min jagħmel hekk se jirċievu envelopp issiġillat.
F’Ottubru u Novembru erġa’ mur sal-Pizza Hut u l-envelopp jinfetaħ mill-manager tar-restorant biex dak li jkun isir jaf x’inhu r-rigal tiegħu.
Fost affarijet oħra, wieħed jista’ jerbaħ minn waħda minn 55 vaganza ta’ tliet iljieli għal 2 persuni, f’Ċipru, Valencia, Budapest, Krakovja, Ateni, Turin u Berlin.
Rigali oħra jinkludu JBL Wireless Headphones, JBL Wireless Speakers, PlayStation 4, rigali tal-Pizza Hut, pinet taċ-Cisk u buqari tal-Pepsi.
Minbarra r-rigal garantit, kull envelopp jagħti wkoll iċ-ċans lill-konsumatur li jirbaħ il-premju grandjuż. Din is-sena dan ir-rigal se jkun vjaġġ għal 4 persuni għal Dubaj għal sebat iljieli bit-titjiriet u t-taxxi mħallsa, transfers, akkomodazzjoni bed & breakfast u ġurnata f’park ta’ divertiment, jew inkella vjaġġ għal Bali ta’ sebat iljieli bit-titjiriet u t-taxxi mħallsa, transfers, akkomodazzjoni bed & breakfast u eskursjoni ta’ ġurnata.
Biex tieħu ċans għall-premju grandjuż, trid timla d-dettalji tiegħek u twieġeb mistoqsija fuq ġewwa ta’ envelopp li tingħata, imbagħad tixħtu fil-kaxxa li se jkun hemm f’kull restorant tal-Pizza Hut f’Ottubru u Novembru.
L-envelopp rebbieħ jittella’ l-Ħamis 7 ta’ Diċembru.
Il-Pizza Hut hija operata f’Malta minn Food Chain Limited, membru tal-Grupp Farsons.