“Kukkudrilli fil-house visits; ġemel fuq dgħajsa f’Marsaxlokk”

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li wara li l-Oppożizzjoni appoġġjat lill-Gvern biex jitwaqqfu ċ-ċrieki bil-annimali, issa qed jitkattru z-zoos f’pajjiż fejn m’għandniex kultura u għarfien dwar iż-żamma tagħhom.

Waqt id-diskussjoni  dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, Galea stqarr li f’uħud miz-zoos jinżammu annimali li huma fuq il-lista li jinsabu taħt it-thedida ta’ estinzjoni. Galea qal li sema’ b’deputati li jiltaqgħu ma’ kukkudrilli waqt il-house visits kif ukoll sema’ storja li darba f’Marsaxlokk raw dieħel ġemel fuq dgħajsa. Huwa qal li l-annimali eżotiċi m’għandhomx jinżammu Malta, speċjalment sriep velenużi.

“Organizzatti mill-ġdid ġlied bejn il-klieb”

Huwa qal li għandu informazzjoni li qed jerġgħu jiġu organizzati l-ġlied tal-klieb waqt li qed terġa’ tiġi pprattikat qtil attroċi ta’ żwiemel li kienu weġġgħu u ma baqgħux tajbin għat-tiġrijiet. Skont Galea, dawn qed jitlibbsu borża sewda u jitħallew jifggħu u li dan qed isir fl-irziezet bejn is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.

Annimali: Min jaħqarhom iħallas; min jaddottahom jitħallas