​Kuba: “Diġà kien hemm ilmenti dwar is-sigurtà tal-ajruplani”

Il-kumpanija Messikana li hija s-sid tal-ajruplan li ġġarraf f’Kuba l-Ġimgħa li għadda, kienet irċeviet diversi ilmenti dwar kemm huma siguri l-ajruplani tagħha.
Qalu dan żewġ eks-bdoti li semmew kif ajruplan mikri mill-kumpanija Damojh kien intilef għal kollox mir-radar tmien snin ilu. Bdot ieħor qal li l-ajruplani ma jiġux mantnuti kif suppost.
It-tiġrif tal-ajruplan f’Kuba ħalla 110 persuna abbord mejta.
Intant l-awtoritajiet Messikani qalu li se jaħmlu eżerċizzju ta’ awditjar fuq is-sigurtà tal-kumpanija Damojh.
Il-Gvern Kuban ukoll nieda investigazzjoni hekk kif ħaddiema tas-salvataġġ għadhom ifittxu fis-sit fejn iġġarraf l-ajruplan, madwar 20 kilometru fin-nofsinhar ta’ Havana.
Fost il-vittmi kien hemm ukoll 10 qassisin evanġeliċi u n-nisa tagħhom li attendew laqgħa f’Havana.