Ktieb ta’ Tonio Borg f’idejn il-ġudikatura Taljana

Il-ktieb ta’ l-eks-Ministru u eks-Kummissarju Ewropew Tonio Borg Leading Cases in Maltese Constitutional Law issa jinsab f’idejn il-President tal-Qorti Kostituzzjonali fl-Italja, Marta Cartabia.

Il-preżentazzjoni tal-ktieb saret minn Dr Tonio Borg innifsu f’laqgħa li għaliha kien hemm preżenti l-eks-Prim Ministru Giuliano Amato, li bħalissa hu wieħed mill-membri tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Italja.

Il-ktieb kien ippubblikat aktar kmieni dan ix-xahar minn Kite Group.

L-avukat tal-liġi kostituzzjonali ġabar mitt sentenza u kklassifikahom u qalibhom għall-Ingliż. Il-ktieb mhux biss huwa mmirat għall-istudenti iżda għal dawk kollha interessati fil-liġi kostituzzjonali.