Ktieb ġdid: ‘Marie Louise Coleiro Preca l-Mara tas-Soċjaliżmu’

Għadu kif ġie ppubblikat ktieb li jagħti ħarsa lejn il-ħidma ta’ Marie Louise Coleiro Preca mal-poplu Malti.
Il-ktieb, bl-isem ta’ ‘Marie Louise Coleiro Preca l-Mara tas-Soċjaliżmu’, miktub minn Josef Grech, għandu daħla mill-President Reġjun Nofsinhar Jesmond Aquilina, fejn jgħid li l-valuri li trawwmet fihom Coleiro Preca jgħinuha ma tħossiex ikbar minn ħaddieħor imma dejjem tfittex li tgħin lill-fqir.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat llum innomina lil Coleiro Preca bħala d-disa’ President tar-Repubblika.