Ktieb ġdid dwar x’għandhom jew m’għandhomx jagħmlu l-wejters

Il-Malta Association of Hospitality Executives (MAHE) għadha kemm ippubblikat ktieb ġdid biex jibda jintuża mill-wejters waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Il-ktieb jismu The Art of Waiting, A handbook of Do’s and Don’ts when serving diners.
L-Assoċjazzjoni nedhiet dan il-ktieb waqt laqgħa mal-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis u li ġie ppreżentat ukoll dokument b’għadd ta’ proposti għal titjib fl-industrija turistika.
Min-naħa tiegħu l-Ministru saħaq l-importanza li min jaħdem fit-turiżmu għandu jħossu kburi li qiegħed f’industrija li tikkontribwixxi b’mod dirett u indirett għal 29% tal-prodott gross domestiku.