Ktieb ġdid dwar l-istatwa ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi

F’għeluq il-275 sena tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi u lejliet il-Jum Dinji tal-Ktieb, se jiġi mniedi ktieb ġdid bl-isem ta’ ‘Il-vara titulari ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi- 275 sena fostna 1741-2016’.
L-awtur ta’ dan il-ktieb, Dun Reno Muscat, għamel ġabra ta’ tagħrif dwar din l-istatwa antika, li fiha wieħed isib informazzjoni dettaljata u ritratti dwar l-istatwa ta’ San Ġorġ Martri li nsibu f’kotba u dokumenti.
Il-ktieb jiġbor fih erba’ kapitli, u joffri wkoll informazzjoni, mingħand bosta persuni, li għadha qatt ma ġiet ippublikata.
It-tnedija ta’ dan il-ktieb ġdid se ssir nhar il-Ġimgħa li ġej fil-11.00am fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi.