Ktieb ġdid dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Read in English.

Murder on the Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia? huwa ktieb ġdid li se jiġi ppubblikat nhar l-14 ta’ Ottubru biex ifakkar il-memorja tal-ġurnalista sentejn wara l-qtil tagħha.

Il-ktieb jitkellem dwar evidenzi ta’ negozjar ta’ flus maħmuġin li nkixfu minn Daphne Caruana Galizia. Din il-pubblikazzjoni ġdida titkellem ukoll dwar il-mistoqsijiet pertinenti li saru lill-Prim Ministru kif ukoll lill-politiċi oħra, membri tal-Korp u imprendituri filwaqt li jitratta wkoll stejjer dwar persuni suspettużi mill-Ażerbajġan, l-Iran u Saint Kitts u Nevis fost oħrajn.

L-awturi huma Carlo Bonini, li qatta’ 25 sena ta’ ġurnaliżmu investigattiv tal-kriminalità organizzata fl-Italja;  Manuel Delia li jmexxi blog bi stejjer investigattivi; u John Sweeney li kien ġurnalist tal-BBC Panorama. 

Din hija pubblikazzjoni ta’ Midsea Books u iktar dettalji dwarha qegħdin fil-paġna ta’ facebook: Murder on the Malta Express.