Ktieb ġdid dwar id-dimensja

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità nieda pubblikazzjoni biex tqajjem aktar kuxjenza dwar il-kundizzjoni tad-dimensja.

Il-pubblikazzjoni ‘X’Ħin Hu?’ inkiteb minn Charles Scerri u Trevor Zahra, hu mmirat għall-anzjani, il-qraba u l-ħbieb ta’ persuni milquta bid-dimensja, biex b’hekk ikollhom aktar għarfien dwar id-dimensja u jkunu jistgħu joffru aktar sapport u għajnuna.

L-awturi użaw l-istorja grafika biex iwasslu l-messaġġ tagħhom.

Minbarra l-istorja, il-ktieb fih informazzjoni dwar kif individwu jista’ jinduna li persuna hi milquta bid-dimensja.

Din mhux l-ewwel pubblikazzjoni tax-xorta tagħha, bil-ktieb ‘In-Nannu nesa x’Jisimni’ li kien indirizzat għat-tfal biex jifhmu l-kundizzjoni tad-dimensja.