Ktieb dwar ir-restawr tas-swar jingħata lil-libreriji lokali kollha

Ktieb dwar ir-restawr tal-fortifikazzjonijiet madwar Malta u Għawdex ġie ppreżentat lil-libreriji mmexxija mill-kunsilli lokali.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo, qal li kull librerija mmexxija mill-kunsilli lokali se jkollha kopja tal-ktieb biex il-poplu jkun jista’ jara dak li sar u japprezza iktar il-wirt arkitettoniku Malti.
Il-ktieb jiddokumenta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet madwar il-Belt, l-Imdina u ċ-Ċittadella, il-Birgu u l-Isla, fi proġett b’fondi Ewropej li ntemm is-sena li għaddiet.
Is-Segretarju Parlamentari fakkar fl-iskema li hi miftuħa bħalissa u li tgħin lil kunsilli lokali f’inizjattivi ta’ restawr, waqt li faħħar lid-Direttorat tar-Restawr għar-restawr tal-Casino Notabile u tas-swar fil-Furjana, li bejniethom jinvolvu l-investiment ta’ €320,000. 
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott