Ktieb bit-tagħlim tal-Papa dwar ix-xitan

Il-qoxra tal-Ktieb bit-tagħlim tal-Papa Franġisku dwar ix-xitan

Il-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Istati Uniti ippublikat ktieb interessanti ġdid li fih ġabra ta’ tagħlim important li l-Papa Franġisku ta dwar l-istorja tax-xitan, il-wegħdi vojta tiegħu, il-ħidma tiegħu u kien wieħed jista’ jikkumbattih b’mod attiv.

Il-ktieb li hu miktub għal udjenza mifruxa iġib it-titlu “Rebuking the Devil” u juri lill-qarrej kif jista’ jagħraf il-qerq tax-xitan, jevita n-nasbiet li jifrex u jirbaħ l-isforzi tiegħu permezz tal-qawwa ta’ Alla.

“Rebuking the Devil” diġa’ jista’ jinxtara mil-Librerija Elettronika tal-Konferenza Episkopali Amerikana u jista’ jkun ordnat fuq: http://store.usccb.org/rebuking-the-devil-p/7-608.htm

Filwaqt li l-ktieb jafferma r-realtà tax-xitan, il-Papa Franġisku joffri wkoll il-bżonn li wieħed jimxi skont il-liġi t’Alla u jżomm għajnejh imwaħħla fuq il-qawwa ta’ Kristu waqt li nkunu qed nikkumbattu l-ħażen f’ħajjitna u fid-dinja.

“F’dan il-ktieb important, l-Papa Franġisku kif għandna nużaw l-għodda spiritwali b’saħħitha kontra x-xitan, fosthom il-Kelma t’Alla, l-Adorazzjoni tas-Santissimu Sagrament, nieħdu sehem fis-Sagramenti, insumu, nitolbu u nfittxu l-interċessjoni tal-Madonna omm Alla permezz tat-talba tar-Rużarju Mqaddes”, qal l-Isqof Michael Burbidge ta’ Arlington, li hu wkoll iċ-Chairman tal-Kumitat tal-Komunikazzjoni tal-Isqfijiet Amerikani.

“Irridu nagħrfu li hemm xitan li hu ħaj u attiv, imma hemm ukoll tarka kontrih permezz tas-saħħa u l-kobor ta’ Ġesù Kristu”, qal l-Isqof.