KSU jilmenta dwar dewmien fl-għoti ta’ ħlas ta’ darba

Il-Kunsill Studenti Universitarji lmenta għal dewmien biex jinħareġ ħlas ta’ darba lill-istudenti u ħeġġeġ lill-uffiċċju konċernat biex iħaffef kemm jista’ jkun il-proċess.
Saħaq li rċieva diversi lmenti minn studenti li jqisu l-għotja ta’ darba bħala meħtieġa biex jixtru kotba u materjal ieħor akkademiku, iktar u iktar issa li qed joqorbu l-eżamijiet ta’ tmiem l-ewwel semestru Universitarju.
Esprima diżappunt li bis-sistema l-ġdida ta’ applikazzjoni fuq l-internet, il-ħlasijiet qed jinħarġu b’mod iktar bil-mod hekk kif iddeskriviha bħala waħda iktar burokratika minn dik preċedenti.