Krokus jingħataw unur fl-Iżvizzera għas-suċċessi tagħhom

Il-kantant Marc Storace huwa Malti

Read in English.

Dan l-aħħar Sony Music Switzerland onorat il-grupp Krokus talli biegħu aktar minn 15-il miljun album madwar id-dinja.

Il-band ġiet iffurmata f’Solothurn fl-1975, minn Chris von Rohr u l-kitarrist Tommy Kiefer. Il-Malti Marc Storace ngħaqad magħhom fl-1980.

Ritratt: Wikipedia/Krokus

Krokus kienu kisbu suċċessi kbar fl-Istati Uniti fis-Snin 80. L-album tagħhom. Headhunter, kien sar wieħed tal-platinu hemmhekk. Kien ukoll tela’ san-numru 25 fil-klassifika tal-Billboard tal-1983.

Marc Storace għadu f’dan il-grupp sal-lum u l-membri l-oħra huma Chris von Rohr, Mandy Meyer u Flavio Mezzodi. Bħalissa jinsabu għaddejjin bit-tour li għandu jissiġilla l-karriera tagħhom.

Ritratt: Facebook/MarcStorace

Marc Storace kien twieled Malta nhar is-7 ta’ Ottubru 1951. Beda l-karriera tiegħu meta fl-età ta’ 14-il sena kien jifforma parti mill-gruppi Stonehenge Union u The Boys. Kien ukoll jifforma parti minn Cinnamon Hades.