Kriżi ta’ migrazzjoni fil-fruntiera bejn il-Greċja u t-Turkija

L-Unjoni Ewropeja ssejjaħ laqgħa t' urġenza tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin

A police officer fires a tear gas canister with his launcher as Greek soldiers stand by, during clashes with migrants who want to cross into Greece from Turkey's Pazarkule border crossing, in Kastanies, Greece, March 1, 2020. REUTERS/Alexandros Avramidis

Read in English.

Il-Pulizija Griega kellha tuża l-gass tad-dmugħ biex twaqqaf eluf ta’ immigranti li saru aggressivi hekk kif ippruvaw jidħlu bil-forza mit-Turkija lejn il-Greċja.

Dan hekk kif it-Turkija fil-jiem li għaddew qalet li mhux se tkompli twaqqafhom milli jippruvaw jidħlu fl-Ewropa u fil-pront eluf kbar ta’ immigranti bdew jinġabru tul il-fruntiera Griega b’ħafna jaqsmu bil-baħar lejn id-diversi gżejjer Griegi li hemm barra mill-kosta Torka.

Il-Gvern Grieg qed jiddeskrivi din is-sitwazzjoni bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali bil-Prim Ministru Grieg Kyriakos Mitsotakis iwissi li akkost ta’ kollox dawn ma kinux se jitħallew jaqsmu.

Greek riot police stand guard during clashes with migrants who want to cross into Greece from Turkey’s Pazarkule border crossing, in Kastanies, Greece, March 1, 2020. REUTERS/Alexandros Avramidis

Bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija hemm ftehim finanzjarju biex l-immigranti ma jitħallewx jaqsmu imma wara l-qtil ta’ aktar minn 30 suldat Tork il-ġimgha li għaddiet fis-Sirja u eskalazzjoni tal-ġlied, il-Gvern ta’ Ankara qal li ma’ kienx se jkompli jżomm lil immigranti.

Migrants walk on a dirt road at dawn, after crossing from Turkey into Greece, near the town of Orestiada, Greece, March 1, 2020. REUTERS/Alexandros Avramidis

Bħala konsegwenza ta’ dawn l-aħħar żviluppi, l-Unjoni Ewropea sejħet għal laqgħa ta’ emerġenza tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin filwaqt li l-Frontex qed tiddiskuti mal-Gvern Grieg biex tara x’jista’ jsir.

Hemm ukoll tħassib u alert tul il-fruntiera anki fil-Bulgarija għall-istess raġunijiet.