Kriżi politika fl-Italja: Jirriżenjaw ħames Ministri mill-partit ta’ Silvio Berlusconi

Sitwazzjoni xejn stabbli fil-Parlament Taljan hekk kif hu mifhum li l-ħames Ministri mill-partit tal-eks Prim Ministru Silvio Berlusconi rriżenjaw mill-kariga tagħhom u b’hekk jidher li l-koalizzjoni tal-Prim Ministru Enrico Letta sfaxxat.

Dan wara li tard il-bieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Taljan Erico Letta hedded li se jirriżenja jekk il-Gvern tiegħu ma jirbaħx vot ta’ fiduċja fil-Parlament Taljan fil-ġimgħa li ġejjin.

Jirriżulta li lbieraħ, il-Prim Ministru Taljan ħalla l-Istati Uniti fejn qed titlaqqa’ l-assemblea tal-Ġnus Magħquda, bil-għan li jevita li l-Gvern jisfaxxa, iżda wara dawn ir-riżenji, l-isforzi ta’ Letta jidhru li huma għalxejn.

Ta’ min jgħid li l-partit tal-eks Prim Ministru Silvio Berlusconi oġġezzjoni li t-taxxi tal-bejgħ ikunu miżjuda.