Kriżi politika fl-Italja hekk kif Renzi jisfida lil Conte

Gvern Taljan

Il-President Taljan Sergio Mattarella talab lill-partiti fil-gvern biex japprovaw il-pjan ta’ rkupru tal-Unjoni Ewropea qabel mal-pajjiż jmur f’dik li hija kriżi politika imminenti.

Il-Prim Ministru Giuseppe Conte qed jiffaċċja sfida mill-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi li din il-ġimgħa jista’ jwaqqa’ l-gvern tiegħu fl-eqqel tal-ġlieda kontra l-pandemija.

Il-partit relattivament żgħir Italia Viva, immexxi minn Renzi, appella għal bidliet radikali fil-pjanijiet tal-gvern immirati biex jerġgħu jpoġġu l-ekonomija fuq binarju ta’ rkupru.

Hu mifhum li nhar l-Erbgħa, Conte mistenni jitlob lill-ministri biex jappoġġjaw il-pjan ta’ rkupru tiegħu. Jekk iż-żewġ ministri ta’ Italia Viva jirrifjutaw, il-prim ministru jkun taħt pressjoni biex jirriżenja u dan jwassal għal bidu ta’ kriżi ġdida fil-gvern Taljan. 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn