Kriżi PM Kanada: Tirriżenja Ministru oħra

REUTERS/Chris Wattie

It-tieni Ministru fil-Kanada rriżenjat minħabba skandlu li jinvolvi l-Prim Ministru Justin Trudeau. Trudeau ġie akkużat li għamel pressjoni fuq l-avukat preċedenti tiegħu biex iwaqqaf ftehim ma’ kumpanija li qed tiffaċċja akkużi ta’ korruzzjoni.

Il-Ministru Jane Philpott qalet li tilfet il-fiduċja fil-mod kif il-gvern kien tratta skandlu politiku li qed jikber. Ir-rivelazzjonijiet jistgħu jiswew lil Trudeau l-elezzjoni ġenerali ta’ Ottubru.