Read in English.
Skont rapporti li dehru fil-midja Spanjola, l-għaqda mhux governattiva Proactiva Open Arms infurmat lill-gwardjani tal-kosta Taljana li hemm madwar 1000 ruħ li jinsabu fl-ibħra internazzjonali.
Skont l-għaqda Spanjola, l-Italja qed tinsisti biex dawn is-seba’ dgħajjes b’madwar 1000 ruħ jintbgħatu lura fil-Libja.
Dan wasal biex is-Sindku ta’ Barċelona Ada Colau kitbet fuq Twitter takkuża lill-Italja li trid tħalli lil dawn l-immigranti f’idejn il-Libjani fejn jiġu ttorturati u saħansitra jitjassru. Colau qalet li Barċelona qed toffrilhom port sigur filwaqt li appellat lill-Gvern ta’ Pedro Sanchez biex jgħin lill-għaqda.
Ahora mismo más d 1000 personas a la deriva en 7 barcas e Italia pretende dejarlas en manos d Libia, donde se tortura, viola y esclaviza a las personas.
Gobierno d @sanchezcastejon @carmencalvo_ ayuden a @openarms_fund a salvar vidas! Barcelona se ofrece como puerto seguro https://t.co/RCbunmIsjm— Ada Colau (@AdaColau) June 24, 2018
Intant fi Tweet indirizzata lil Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini, il-bastiment Lifeline stiednu biex imur fuq id-dagħjsa ħalli jara b’għajnejh in-nies li huma salvaw mill-għarqa. Fil-21 ta’ Ġunju 239 persuna kienu salvati mill-għarqa mill-bastiment Lifeline u s’issa għadhom fuq il-vapur sakkem jsibu port li lest jilqagħhom. Skont rapporti fil-midja Taljana l-bastiment jinsab fiż-żona ta’ tfitxxija u salvataġġ Malti.
Dear @matteosalvinimi, we have no meat on board, but humans. We cordially invite you to convince yourself that it is people we have saved from drowning. Come here, you are welcome! pic.twitter.com/vPhLV4M2jO
— MISSION LIFELINE (@SEENOTRETTUNG) June 24, 2018
Tibda l-laqgħa informali, Muscat b’kummenti lill-midja
Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat ta kummenti lill-midja qabel ma daħal għal-laqgħa informali li qed issir il-Ħadd fi Brussell bejn il-mexxejja tal-pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Muscat saħaq li mhux żmien li nippuntaw is-swaba’ u li Malta se tkun qed tagħmel xi proposti. Huwa stqarr li l-problema ma għandiex soluzzjoni faċli u li kollox jgħin. Muscat iddeskriva s-sitwazzjoni fil-Mediterran bħala waħda prekarja.