Kriżi Greċja: Is-sitwazzjoni tal-banek tiggrava, it-Tnejn summit ta’ emerġenza

Wara li lbieraħ falla attentat ieħor biex tiġi solvuta l-kriżi tad-dejn fil-Greċja, nhar it-Tnejn se jitlaqqa’ “summit ta’ emerġenza” għall-mexxejja tal-pajjiżi fiż-żona ewro.
Ilbieraħ f’laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi taż-żona ewro ftit li xejn kien hemm progress u s’issa ma jidhirx li ftehim jinsab fil-qrib.
Rapporti qed jgħidu li l-Bank Ċentrali Ewropew illum se jlaqqa’ l-kunsill regolatorju biex jiddiskuti s-sitwazzjoni ħażina tal-banek fil-Greċja. Hu maħsub li l-Bank Ċentrali Ewropew ikollu jestendi aktar finanzjament ta’ emerġenza lill-banek Griegi, li telquhom il-klijenti minħabba t-tħassib li l-Greċja jkollha toħroġ miż-żona ewro.
Il-Greċja għandha inqas minn ġimagħtejn biex tilħaq ftehim mal-kredituri tagħha.