Kriżi fl-Ukraina: Il-President Russu mitlub jgħin

Fl-Ukraina, diversi persuni nġabru quddiem il-Parlament f’Crimea hekk kif xi truppi kienu qegħdin jiċċirkondaw l-inħawi.
Il-Prim Ministru Ukren Arseniy Yatsenyuk appella lir-Russja biex twaqqaf l-azzjonijiet militari.
Huwa talab lill-President Russu Vladimir Putin sabiex joffri assistenza, paċi u sigurtà lir-Repubblika tal-Crimea.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu qal li jinsab ikkonċernat bis-sitwazzjoni fir-reġjun u mhux se jirrifjuta t-talba għall-għajnuna.
Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama diġa wissa lir-Russja dwar il-konsegwenzi ta’ intervent militari fl-Ukraina.