Kriżi fit-tmexxija tal-Gvern fl-Awstralja

REUTERS/Francois Walschaerts

Il-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull baqa’ ma rreżenjax wara li Ministri li jiffurmaw parti mill-Gvern mhux qed jappoġġjawh aktar. Huwa sostna li se jressaq vot dwar it-tmexxija tal-partit Liberali, li huwa l-partit fil-Gvern, nhar il-Ġimgħa li ġej f’każ li jirċievi ittra ffirmata mill-maġġoranza tad-deputati tal-istess partit.

Turnbull rebaħ kontestazzjoni għat-tmexxija nhar it-Tlieta li għaddew kontra l-eks Ministru tal-Intern Peter Dutton. Dutton u Ministri oħrajn sejħu għal elezzjoni oħra.

Il-Ministru tal-Finanzi Mathias Cormann, li jappoġġja lil Turnbull qal li Turnbull ma għadtx għandu l-appoġġ tal-maġġoranza fil-partit  u li Dutton huwa l-aqwa persuna li jista’ jmexxi l-Gvern konservattiv lejn elezzjoni li trid isseħħ sa Mejju tal-2019.

Bosta Ministru offrew li jirreżenjaw. Il-kriżi tat-tmexxija wasslet biex il-parlament Awstraljan aġġorna għal Settembru li ġej.