Kriżi fil-Gvern Taljan bir-riżenja ta’ tliet Ministri

Francesco Pierantoni

Read in English.

L-eks-prim ministru tal-Italja u l-kap tal-partit taċ-ċentru Italja Viva Matteo Renzi qajjem kriżi politika wara li ħabbar li żewġ ministri li ġejjin mill-partit tiegħu kienu qed jirriżenjaw mill-gvern ta’ koalizzjoni immexxi minnGiuseppe Conte.

Il-Ministru Teresa Bellanova u Elena Bonetti u s-Sottosegretarju Barrani Ivan Scalfarotto rriżenjaw mill-karigi tagħhom fil-kabinett ta’ Conte. 

Renzi qal li kiteb lil Conte biex jifformalizza r-riżenji. F’kummenti wara din d-deċiżjoni, Renzi qal li Italia Viva ma qajmet l-ebda kriżi, peress li l-kriżi kienet ilha hemm għal xhur sħaħ. Huwa żied jgħid li l-politika mhix reality show u ċaħad l-offerta ta’ Conte għall-“patt ta’ governabilita” sat-tmiem tal-mandat parlamentari fl-2023.