Kritiku tal-Papa jitlob għar-riżenja tiegħu

Pope Francis and Archbishop Vigano

L-Arċisqof Carlo Maria Vigano, eks uffiċjal għoli tal-Vatikan u persuna qrib il-Kardinali li pubblikament ħarġu kontra t-tagħlim tal-Papa dwar il-familja, sejjaħ għar-riżenja tal-Papa Franġisku. Aktar kmieni din is-sena attenda konferenza tal-Kattoliċi li huma kritiċi tal-Papa f’Ruma fejn il-kelliem prinċipali, il-Kardinal Burke, elenka d-drabi meta wieħed għandu jmur kontra l-ordnijiet tal-Papa. Vigano qed jallega li l-Papa kien ilu jaf dwar l-allegazzjonijiet tal-abbuż sesswali mill-Kardinal Theodore McCarrick għal żmien twil qabel ma aċċetta r-riżenja tiegħu x-xahar li għadda.

Din is-sejħa tal-Arċisqof Vigano waslet fil-qalba ta’ żjara kontroversjali li l-Papa qed jagħmel fl-Irlanda fejn il-Papa Franġisku wiegħed li jtemm l-esplojtazzjoni sesswali minn membri tal-Kleru. F’indirizz iebes waqt attività statali li attendew għaliha wkoll vittmi tal-abbuż, il-Papa Franġisku qal li l-korruzzjoni u l-att li wieħed jgħatti l-abbużi kienu kompletament inaċċettabli. Fi stqarrija, rapreżentanti tal-grupp Mother and Baby home Survivors qalu li waqt laqgħa privata, il-Papa kkundanna l-korruzzjoni u l-cover ups fi ħdan il-Knisja bħala “caca”, kelma Taljana u Spanjola għall-ħmieġ tal-umani.

Għal rapport dettaljat tista’ tidħol hawn.