Kritika qawwija għall-AĠ Amerikan dwar l-investigazzjoni ta’ tbagħbis fl-elezzjonijiet Presidenzjali

U.S. President Donald Trump speaks to reporters as he departs for travel to South Carolina, at the South Lawn of the White House in Washington, U.S., October 25, 2019. REUTERS/Tom Brenner

L-Avukat Ġenerali fl-Istati Uniti qed jaffaċċja kritika kbira mid-Demokratiċi wara li d-Dipartiment għall-Ġustizzja qal li intesifika l-analiżi dwar l-oriġini tal-investigazzjonijiet fit-tbagħbis mir-Russi fl-elezzjonijiet Presidenzjali tal-2016.

Persuna viċin l-affari l-Ħamis ikkonfermat li l-inkjesta spiċċat inbidlet f’investigazzjoni kriminali. Dan ifisser li l-prosekutur li qed imexxi l-investigazzjoni, John Durham, qed jaħseb li kien hemm ksur ta’ liġijiet.

Id-Demokratiċi u eks-uffiċċjali fl-Istati Uniti qalu li ma raw l-ebda evidenza ta’ aġir mhux f’postu, u bil-wisq inqas attività illegali mill-Intelliġenza tal-pajjiż u l-aġenziji li jissalvagwardjaw il-liġijiet matul l-investigazzjonijiet.

Id-Demokratiċi qed jakkużaw lill-Avukat Ġeneral li uża l-poter tad-Dipartiment tal-Ġustizzja sabiex isegwi teoriji ta’ komplott li setgħu jibbenefikaw lill-President Repubblikan politikament u jimminaw dak li sab l-eks Special Counsel Robert Mueller permezz tal-investigazzjoni tiegħu fir-Russja.

William Barr, l-Avukat Ġeneral, beda l-investigazzjoni ta’ Durham f’Mejju wara li Trump repetutament attakka figuri ewlenin involuti fil-ftuħ tal-investigazzjoni fir-Russja. Il-kritiċi tal-president qalu li r-raġuni prinċipali tal-investigazzjoni hija li jiddiskredita sejbiet leġittimi dwar it-tbabis tar-Russja fl-elezzjonijiet tal-2016 u l-bosta kuntratti bejn Moska u l-kampanja ta’ Trump. Dawn il-kritiċi akkużaw lil Barr ukoll talli aġixxa bħala l-avukat ta’ Trump minflok fl-interess nazzjonali.

Min-naħa tiegħu, Trump qal li kien se jħalli l-investigazzjoni f’idejn Barr u d-Dipartiment tal-Ġustizzja.

Fl-aħħar ġimgħat, Barr bl-appoġġ ta’ Trump intensifika l-isforzi tiegħu biex tiġi konkluża l-investigazzjoni tal-FBI fuq l-interferenza Russa fl-elezzjonijiet presidenzjali tal-2016. Il-President Amerikan Trump ilmenta li l-kampanja tiegħu kienet fil-mira ta’ intelliġenza Amerikana u aġenzji ta’ infurzar Amerkani li pruvaw itellfuh milli jirbaħ l-elezzjonijiet presidenzjali.

Investigazzjonijiet mill-konsulent speċjali Riobert Mueller ikkonkludew li Moska intervjeniet fl-elezzjonijiet biex tgħin lil Trump jirbaħ iżda ma kienx hemm evidenza b’saħħitha li turi komplott kriminali mar-Russja.

Figura ċentrali fir-rapport ta’ Mueller hu Joseph Mifsud, akkademiku Malti u kellu kuntatt mal-konsulent tal-President Amerikan George Papadopoulos.