Kritika qawwija fuq id-difiża ta’ Liverpool

Il-kowċ ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, qed jaffaċċja numru ta’ mistoqsijiet mill-partitarji u kritiċi tal-futbol, b’mod partikolari fil-qasam difensiv, wara t-telfa xi ftit kbira ta’ 4-1 kontra Tottenham Hotspur.
Liverpool għamlu ħafna żbalji difensivi f’xi mumenti, u plejers veloċi bħal Vertonghen u Alderweireld approfittaw ruħhom, filwaqt illi Harry Kane beda jkun ta’ theddida għad-difiża tar-Reds.
Din it-telfa biegħdet lil Liverpool bi 13-il punt mit-tim fl-ewwel post, u ħafna qegħdin jistaqsu kemm l-iskwadra hi qawwija biżżejjed biex issib post mal-ewwel erbgħa fil-klassifika tal-Premier League.