​Kristy Debono u Ċensu Galea jikkontestaw għal President tal-Kunsill Ġenerali

Kristy Debono u Ċensu Galea ssottomettew in-nomina tagħhom għal President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Bħalissa din il-kariga qiegħda f’idejn Paula Mifsud Bonniċi.
Il-votazzjoni għal President tal-Kunsill Ġenerali se ssir fil-Kunsill Ġenerali tas-Sibt 4 ta’ Novembru. Il-votazzjoni kmieni se ssir nhar is-Sibt li ġej fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista Tal-Pietà u s-Subheadquarters f’Ta’ Sannat.