Kristy Debono minflok Fenech Adami biex tmexxi l-PAC

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono se tkun qed tmexxi l-laqgħa tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi minflok id-deputat Beppe Fenech Adami.
Dan wara battibek li qam fil-laqgħa tal-ġimgħa l-oħra dwar ix-xhieda ta’ Fenech Adami.
Bħalissa l-kumitat qed jinvestiga l-operat tal-Wasteserv.
B’mozzjoni llum il-Parlament approva wkoll li għal-laqgħa ta’ għada id-deputat Robert Cutajar isir membru tal-Kumitat flok il-President attwali Beppe Fenech Adami.
Dan sabiex Fenech Adami jkun jista’ jixhed quddiem il-Kumitat mhux bħala membru.