Kristianne xi skuża se ġġib biex tkellem lil Karl?

Illum wara nofsihar se tixxandar il-75 puntata mis-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa bi rpoduzzjoni ta’ Rewind fuq kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

Illum se naraw kif Kristianne issib skuża li kellha l-magna tal-ħasil bil-ħsara biex tkellem lil Karl. X’riedet tgħidlu? X’parir se ttih Brenda? Min hi Roseanne? X’għandha x’taqsam ma’ Chris u ma’ Etienne?

John iċempel lil Etienne. X’qalu fuq is-San Luċjano Syndrome? U Etienne x’se jikkonkludi f’daqqa waħda?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Ir-repetizzjoni ta’ din il-puntata ttixxandar nhar it-Tnejn fl-10.15am.

Min-nhar it-Tnejn jibdew jixxandru l-aħħar 25 puntata li se jwasslu fit-tmiem il-ġrajja ta’ Ħbieb u Għedewwa.